Wednesday, April 17, 2024

Mill-inqas 25 persuna jmutu f’attakk terroristiku f’tempju f’Kabul

Aqra wkoll

Mill-inqas 25 persuna nqatlu llum f’attakk fuq tempju Sikh-Hindu li jinsab fil-kapitali tal-Afghanistan, Kabul. Fil-mument tal-attakk fit-tempju kien hemm numru sostanzjali ta’ nies li kienu qed jitolbu.

Dan l-inċident jindika l-kriżi kurrenti fir-rigward tas-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-pajjiż, wara li nqatgħu minn tnaqqis kbir f’għajnuna mill-Istati Uniti.

Jidher li t-terroristi kienu lebsin uniformijiet tal-pulizija.

Kelliemi għall-Ministru għall-Intern qal li l-attakk seħħ għall-ħabta tat-7.45 a.m.

Mill-inqas wieħed mit-terroristi nqatel mill-qawwiet tas-sigurtà wara operazzjoni li damet għaddejja sigħat sħaħ.

L-Istat Iżlamiku ħa r-responsabbiltà ta’ dan l-attakk. It-Taliban ċaħad li kien involut.

Ekonomija

Sport