Mill-inqas 26 immigrant spiċċaw mietu wara li d-dgħajsa li kienu fuqha nqalbet hekk kif resqu qrib il-gżira Taljana ta’ Lampedusa.
Rapporti fil-midja internazzjonali qegħdin jgħidu li fuq id-dgħajsa kien hemm madwar 100 immigrant li telqu mil-Libja bit-tama li jaslu f’xi port fl-Ewropa.
Il-Gwardji tal-Kosta Taljana qalu li s’issa nstabu 26 immigrant mejtin, iżda dan in-numru jista’ jiżdied hekk kif ħadd mhu ċert kemm kien hemm nies fuq id-dgħajsa.
Immigranti li tkellmu mal-Gwardji tal-Kosta Taljana qalu li huma kienu ilhom ġranet jivvjaġġaw fuq il-baħar u fuq id-dgħajsa kien hemm madwar 100 immigranti, iżda ħadd ma ċertezza ta’ numru.