Friday, November 15, 2024

Mill-inqas 280 imutu u mad-900 oħra jindarbu f’ħabta bejn ferroviji fl-Indja

Jiddeskrivu xena mwera ta' partijiet ta' katavri mxerrdin kawża tal-impatt vjolenti

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 280 persuna mietu filwaqt li 900 persuna oħra ndarbu kawża ta’ ħabta bejn diversi ferroviji fl-Indja. 

Huwa mifhum li waħda mill-ferroviji li kienet qed iġġorr fuqha diversi passiġġieri biddlet ir-rotta tagħha qabel sfortunatament kellha impatt ma’ ferrovija oħra li kienet qiegħda ġġorr il-merkanzija. 

Dan qed jitqies bħala wieħed mill-agħar inċident li fih kienu involuti ferroviji fi kważi żewġ deċenji. 

Skont l-uffiċjali huwa mistenni li l-vittmi ta’ dan l-inċident ikomplu jiżdiedu fil-ħin li ġej. Huma ddeskrivew is-sitwazzjoni bħala waħda tal-waħx b’bosta persuni midrubin ifittxu qalb il-katavri jippruvaw isibu lil dawk l-aktar għeżież tagħhom.

Tant is-sitwazzjoni kienet waħda kritika li fuq il-post issejħu kull tip ta’ vetturi u minbarra ambulanzi u karozzi privati, kien hemm saħansitra midrubin li ttieħdu għall-kura b’inġenji tar-raba’.

Fost dawk li tkellmu mal-midja, kien hemm persuni li tkellmu dwar ħafna vittmi mgħottijin b’liżari bojod, partijiet ta’ katavri mxerrdin fl-art u kif ukoll l-affarijiet tagħhom imxerrdin fl-art fosthom bagalji u żraben.

Ekonomija

Sport