L-Istati Uniti l-lejl li għadda wettqet attakk fuq il-Yemen fejn s’issa ġew ikkonfermati li nqatlu 53 persuna fosthom xi tfal. Il-miri kienu żoni f’Al Jaouf u Hudaydah fejn hemm ir-ribelli Houthi.
L-attakk kif fil-mira tar-ribelli bit-tpajjtija għal attakki li qegħdin iwettqu fil-Baħar l-Aħmar fejn qegħdin jipprovaw jaħtfu bastimenti li jtajru l-bandiera Amerikana fost l-oħrajn.
Il-mexxej tar-Ribelli Abdul Malik al-Houthi filwaqt li kkonferma li uffiċjali tal-grupp ġew maqtulin, ħalef li jkomplu jżidu l-attakki fil-Baħar l-Aħmar sakemm l-Istati Uniti tkompli wettaq aktar tattakki fuq il-Yemen.