Saturday, July 18, 2026
Home Internazzjonali Mill-inqas 98 persuna jmutu wara li ġġarraf saqaf ta’ diskoteka f’Dominican Republic

Mill-inqas 98 persuna jmutu wara li ġġarraf saqaf ta’ diskoteka f’Dominican Republic

0
74

Mill-inqas 98 persuna spiċċaw mejtin u aktar minn 150 oħrajn midrubin wara li ġġarraf saqaf ta’ diskoteka  fil-kapitali Santo Domingo f’Dominican Republic.

Il-Gvernatur tal-Provinċja kif ukoll l-eks sindku tal-belt huma tnejn mill-vittmi ta’ dan l-inċident.

Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu hekk kif fid-diskoteka kien qiegħed jagħti wirja l-kantant popolari Rubby Pérez. Hu wkoll kien wieħed minn dawk li tilef ħajtu.