Monday, December 23, 2024

Mill-Parlament Ewropew… Ġimgħa oħra ta’ ħidma fil-Parlament Ewropew tasal fi tmiemha.

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tikteb l-ewroparlamentari Miriam Dalli

Kienet ġimgħa kkaratterizata mill-pjan ta’ rkupru li pproponiet il-Kummissjoni Ewropea. Pjan ta’ EUR750biljun li hu magħmul minn għotjiet u self. F”pajjiżna kellna l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista li ħargu jiġru jgħidu li pajjiżna se jingħata biljun Ewro. Li ma rrealizzawx huwa li minn dan l-ammont hemm EUR350 miljun li huma għotjiet, il-kumplament huma self. Mill-perspettiva tiegħi, l-ebda pajjiż m’għandu jiddependi wisq fuq self li jrid ikun mogħti lura u li jista’ jwassal għal aktar djun.

Il-flus iridu jiġu mill-iStati Membri infushom, magħrufa bħala “own resources”. Bħalissa fil-Parlament qed niddiskutu x’forma għandhom jieħdu dawn l-“own resources” u filwaqt li hemm min irid jara flus minn taxxi bħal taxxa finanzjarja, taxxa diġitali u taxxa fuq il-korporazzjonijiet, id-delegazzjoni tal-Partit Laburista qatt mhi se taqbel ma’ dan. 

Irid ikun assigurat li s-setturi l-agħar milquta jingħataw l-akbar appoġġ. Nhar it-Tlieta kelli laqgħa mal-Kummissarju Paolo Gentiloni fejn insistejt miegħu li s-settur turistiku għandu jingħata għajnuna f’forma t’għotjiet. Dan is-settur huwa l-agħar milqut u ta’ mportanza enormi għal pajjiż bħal tagħna. 

Matul laqgħa li kelli matul din il-ġimgħa flimkien ma’ stakeholders mis-settur turistiku rajt kif nista’ flimkien mal-awtoritajiet Maltin ngħin biex dan is-settur jingħata s-sostenn li għandu bzonn filwaqt li d-drittijiet tal-konsumaturi jkunu mħarsa.

Flimkien mal-kollegi tiegħi se nibqa’ nipparteċipa b’mod attiv ħafna fid-diskussjonijiet li jsiru biex ikun aċċertat li niddefendu b’mod b’saħħtu hafna l-pożizzjoni ta’ pajjiżna. 

Matul din il-gimgħa komplejt b’aktar laqgħat f’Malta, fosthom ma’ NGOs u kumpaniji differenti li qed jaraw kif nistgħu nkunu aktar innovattivi biex nindirizzaw realtajiet ġodda li qed insiru aktar familjari tagħhom. L-issue tat-teleworking tibqa’ tissemma’ b’insistenza b’aktar kumpaniji qed jirrealizzaw kemm it-teleworking jista’ jgħinhom fix-xogħol taghhom u anke’ jnaqqsilhom mill-ispejjeż.

Bl-istess mod għamilt numru ta’ laqgħat ma’ stakeholders differenti dwar kif jista’ jkollna policies li jħarsu aħjar l-ambjent f’pajjiżna inkluż billi nnaqsu t-tniġġiż mit-toroq tagħna u billi nagħmlu l-binjiet tagħna ferm aktar effiċjenti.

Ekonomija

Sport