Tuesday, December 24, 2024

Mill-Parlament Ewropew: Il-Preparazzjoni għall-Plenarja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub mill-Ewroparlamentari Miriam Dalli

Matul il-ġimgħa d-dieħla se ssir il-plenarja  tal-Parlament Ewropew  fejn se nkunu qed niddeċiedu u nivvutaw fuq uħud mill-aktar ligijiet importanti għas-snin li ġejjin.

Fost il-ligijiet li se nivvutaw fuqhom hemm il-Liġi dwar il-Klima li tagħmel parti mill-European Green Deal. Fir-rwol tiegħi ta’ Viċi President tas-Soċjal Demokratiċi kont qed naħdem mill-qrib fuq din il-liġi biex naċċerta ruħi li nilħqu bilanċ bejn il-ħtiġijiet ambjentali u dawk ekonomiċi. Il-liġi tal-klima se tkun qed tistabbilixxi l-miri ta’ b’kemm għandhom jonqsu l-emissjonijiet mill-arja, minn setturi differenti inkluż is-settur tal-enerġija, industrija, trasport, l-agrikoltura, l-iskart u anke’ l-bini.

Oriġinarjament, il-Kummissjoni Ewropea kellha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet b’40% sal-2030 imma deher ovvju li din il-mira ma kinitx biżżejjed. Permezz tar-rapport tagħna fil-Parlament qed nitolbu li din il-mira tkun ta’ 60%.  Qed nitolbu wkoll jkun hemm mira magħrufa ghall-2040 biex ikun hemm timeframes ċari ta’ fejn irridu mmorru u l-industrija tkun tista’ tipprepara ruħha mil-llum biex naslu għal ekonomija sostenibbli u li ma tniġġisx.

Dwar il-Green Deal u kif din tista’ titħaddem fil-pajjiżi qed inkun f’kuntatt mal-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropeja Frans Timmermans. Fil-jiem li għaddew tkellimna dwar il-bżonn li jittieħdu ċertu deċiżjonijiet biex it-tniġġis jonqos minn setturi differenti, partikolarment it-trasport fejn sal-ġurnata tal-llum it-tniġġis għadu qed jiżdied. Ifisser fost l-oħrajn li jrid ikun hemm inċentivi għal teknoloġija ġdida u koerenza fir-regoli li tressaq il-quddiem il-Kummissjoni Ewropea. Mhux koerenti pereżempju li jkollok sitwazzjoni fejn pajjiż li qed jipprova jimxi ‘l quddiem fil-miri tiegħu għall-carbon neutrality, ma jsibx l-appoġġ mill-Kummissjoni Ewropea. 

Matul din il-ġimgħa komplejt bil-ħidma tiegħi biex dak li jsir fuq livell ta’ Parlament Ewropew ikollu impatt pożittiv fuq pajjiżna. F’laqgħa li kelli mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, Stefan Zrinzo Azzopardi, tkellimna dwar kif nistgħu inkomplu nassiguraw li Malta tagħmel l-aħjar użu mill-fondi Ewropej billi naċċertaw ruħna li jkunu maħduma b’mod li jaċċertaw l-aħjar benefiċċju għal pajjiżna u ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. 

Ekonomija

Sport