Saturday, November 30, 2024

Il-Partit Laburista jgħid li llejla rebaħ “l-establishment l-istess waħda li l-poplu warrab elezzjoni wara l-oħra”

Aqra wkoll

Fid-dawl tal-għadd tal-voti biex ikun elett Kap tal-PN ġdid, il-Partit Laburista qali li llejla, “tirbaħ l-establishment tal-Partit Nazzjonalista, l-istess waħda li l-poplu warrab elezzjoni wara l-oħra.”

Fi stqarrija l-PL qal li “fl-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista llum li kkonfermat il-firda li teżisti bejn il-fazzjonijiet, reġgħet rebħet l-establishment tal-Partit Nazzjonalista, l-istess establishment tal-Partit Nazzjonalista tad-dinastiji passati, li l-poplu warrab elezzjoni wara l-oħra mill-2013 ‘l hawn.”

Il-PL irrimarka li “b’Bernard Grech, il-Partit Nazzjonalista se jmur lura għall-politika ta’ kontijiet ogħla, għall-politika migratorja li jidħol kulħadd f’pajjiżna u l-politika tal-kumpless ta’ inferjorità quddiem il-barrani li nbaxxu rasna għal kollox għalih. Kap bla viżjoni għall-pajjiż.”

L-istqarrija kkonkludiet tgħid li “fl-elezzjoni tal-lum rebħet il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li jaqbel li jidħlu l-immigranti f’Malta. Rebħet il-fazzjoni ta’  Jason Azzopardi u ta’ Karol Aquilina. Politika li tifred flok tgħaqqad.”

Sport