Thursday, April 18, 2024

“Min iħaddem irid ikollu dritt li jitlob lill-impjegati għaċ-ċertifikat tal-vaċċin” – Il-Kamra tal-Kummerċ

Aqra wkoll

Il-Kamra tal-Kummerċ, fid-dawl li mhux se jibqgħu jkunu maħruġa ittri ta’ kwarantina lil dawk li jkunu nstabu pożittivi, qed tisħaq li “min iħaddem irid ikollu dritt li jitlob lill-impjegati tiegħu għaċ-ċertifikat tal-vaċċin.”

Skont il-Kamra tal-Kummerċ, issa li persuna pożittiva u dawk li jgħixu taħt l-istess saqaf tagħhom se jkunu qegħdin jikkalkulaw il-kwarantina huma, se tagħmilha impossibbli għal min iħaddem biex ikun jaf meta jistgħu jidħlu lura għax-xogħol l-impjegati li jkunu fi kwarantina.

Kien għalhekk li fid-dawl ta’ dan, il-Kamra tal-Kummerċ qiegħda tipproponi biex, tal-inqas, min iħaddem jitlob għaċ-ċertifikat tal-vaċċin tal-impjegati hekk kif huma jifhmu li mhux etiku li wieħed jitlob għad-dettalji tal-qraba tal-impjegati.

Ekonomija

Sport