Sunday, November 24, 2024

“Min jagħlaq moħħu għall-evidenza li l-booster jaħdem se jbati hu u ta’ madwaru” – Kirurgu

Aqra wkoll

Il-Kirurgu ta’ esperjenza Joseph Debono waqt li kien qiegħed jitkellem dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija u l-effetti tal-vaċċin kien ferm ċar fid-diskors tiegħu.

Debono qal li “L-evidenza hemm qiegħda li l-booster u l-vaċċin qiegħed jaħdem. Issa jekk inti trid tagħlaq moħħok għal din l-evidenza inti se tbati. Barra minn hekk se tkun qiegħed turi diżrispett lin-nies ta’ madwarek billi tirrifjuta li tagħmel xi ħaġa li tista’ tgħinhom”.

Intant fl-aħħar sigħat kemm id-DPM Chris Fearne, il-Virologu Chris Barbara, is-Supretendent tas-Saħħa Charmaine Gauci, kif ukoll il-Prim Ministru Robert Abela kienu fost dawk li komplew jappellaw favur it-teħid tal-booster.

Sport