Friday, November 29, 2024

“Mingħajrhom la t-tisjir u la l-mixgħela tal-Milied ma kienu jkunu possibbli”

Aqra wkoll

Hekk kif illum bosta familji jkunu b’xi mod jew ieħor iqattgħu ftit ħin ta’ mistrieħ flimkien, huwa importanti li f’mumenti bħal dawn niftakru f’dawn il-ħaddiema li minkejja li llum festa, xorta waħda jaħdmu qatigħ biex jipprovdu servizz essenzjali lill-Maltin u l-Għawdxin. 

Dawn il-ħaddiema jinkludu lit-tobba, infermiera, ħaddiema tas-CPD, Pulizija, fost ħaddiema essenzjali oħra li jaħdmu għal ħaddieħor.

Ma’ dawn ma jonqosx ukoll li niftakru fl-Inġiniera, tekniċi u ħaddiema f’sezzjonijiet essenzjali tal-Enemalta li llum, bħal kull jum tas-sena, ipprovdew is-servizz tal-provvista tal-elettriku lil familji u n-negozji.

Ġie nnutat kif mingħajrhom la t-tisjir, la l-mixgħela tal-Milied u lanqas kull ħidma oħra li tiddependi mill-elettriku ma kienet tkun possibbli.

Sport