Thursday, December 26, 2024

“M’iniex kontra l-vaċċin iżda lest nissagrifika t-trofej” – Novak Djokovic

Aqra wkoll

Novak Djokovic qal li jippreferi jitlef it-trofej futuri tat-tennis milli jkun sfurzat  jieħu l-vaċċin tal-Covid-19.

Waqt li tkellem esklussivament mal-media, huwa qal li m’għandux ikun assoċjat mal-moviment kontra l-vaċċin, iżda jappoġġja d-dritt ta’ individwu li jagħżel.

Djokovic kien mistoqsi jekk hux se jissagrifika li jieħu sehem f’kompetizzjonijiet bħal Wimbledon u l-French Open minħabba l-pożizzjoni tiegħu dwar il-vaċċin.

“Iva, dak huwa l-prezz li jien lest li nħallas,” huwa qal.

Ir-rebbieħ ta’ 20 titlu tal-Grand Slam kien deportat mill-Awstralja x-xahar li għadda wara li l-gvern ikkanċellalu l-viża darbtejn wara xulxin minħabba l-istatus tiegħu tal-vaċċin.

Djokovic, li huwa n-numru wieħed tad-dinja, qal li kien kiseb eżenzjoni medika biex jidħol fil-pajjiż biex jilgħab fl-Australian Open hekk kif dan l-aħħar kien irkupra mill-Covid-19.

Madankollu, il-Ministru tal-Immigraz­zjoni tal-pajjiż, Alex Hawke, ikkanċella personalment il-viża tal-player ta’ 34 sena, fuq il-bażi li l-preżenza tiegħu tista’ tqanqal “inkwiet ċivili” u tinkoraġġixxi sentiment kontra t-tilqim.

“Qatt ma kont kontra t-tilqim,” huwa qal, filwaqt li kkonferma li kien ħa l-vaċċin meta kien tifel, “iżda dejjem appoġġajt il-libertà li tagħżel dak li tpoġġi f’ġis­- mek.”

F’intervista wiesgħa, l-ewwel waħda tiegħu minn meta nżamm f’Melbourne f’Jannar, Djokovic indirizza spekulazzjonijiet dwar iż-żmien tal-każ pożittiv tiegħu dwar il-Covid-19 f’Diċembru u ddiskuta l-attitudni tiegħu stess lejn il-vaċċin.

Djokovic qal li jittama li r-rekwiżiti tat-tilqim f’ċerti tournaments jinbidlu, u żied li qed jittama li “jista’ jilgħab għal ħafna snin oħra”.

Iżda huwa kkonferma wkoll li kien lest li jċedi ċ-ċans li jsir statistikament l-akbar tennista maskili ta’ kull żmien meta jħossu tant f’saħħtu. Ir-rival ta’ Djokovic, Rafael Nadal, rebaħ 21 titlu tal-Grand Slam – l-aktar minn kwalunkwe kompetitur maskili.

Ekonomija

Sport