Sunday, December 22, 2024

Ministru Iżrealit jhedded li jirriżenja jekk ma jkunx hemm pjan għal Gaza

Aqra wkoll

Benny Gantz, Ministru prominenti fil-Kabinett tal-gwerra Iżrealit hedded li jirriżenja f’każ li l-Gvern jibqa’ ma jippreżentax pjani x’se jiġri minn Gaza wara li tintemm il-gwerra.

Waqt laqgħa taħraq tal-kabinett Gantz ta ultimatum sat-8 ta’ Ġunju biex il-Gvern jgħid xi pjani għandu għal Gaza fost l-oħrajn min se jkun qiegħed imexxi din l-art hekk kif Iżreal ma jridx lil Hamas ikollu x’jaqsam aktar.

Il-Ministru kellu kliem iebes għal kif sejrin l-affarijiet fosthom qal li l-Prim Ministru Netanyahu m’għandu l-ebda pjani u qiegħed jimxi ġurnata b’ġurnata.

Min-naħa tiegħu l-Prim Ministru Netanyahu qal li dan il-kliem ma jagħmel l-ebda ġid għal gwerra li qiegħda tagħmel Iżreal fejn qal li dan jista’ jwassal “għal telfa kbira”.

Midja internazzjonali qiegħda tirrapporta li fil-Kabinett tal-Gwerra hemm diżgwid kbir hekk kif issa l-forzi Iżrealiti qegħdin jiġġieldu fuq aktar minn fruntiera waħda.

Gantz ma kienx l-ewwel Ministru li kkritika l-gwerra hekk kif ftit tal-jiem ilu l-Ministru tad-Difiża Yoav Gallant akkuża lil Netanyahu fil-pubbliku li m’għandu l-ebda pjani ta’ kif se jgħin lill-persuni ċivili li hemm fil-Medda ta’ Gaza u kif u min se jmexxi l-istess żona wara li tintemm il-gwerra.

Ekonomija

Sport