Saturday, October 26, 2024

Ministru jappella kontra “paroli fil-vojt” fil-konfront ta’ pirotekniċi u jitlob għal bilanċ

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu l-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon qal li hemm bżonn li kull pirotekniku jeħtieġ li juri responsabbiltà kbira. Min-naħa l-oħra, il-Ministru qal li ma nistgħux mmorru għal estrem ieħor u kulħadd ifajjar bl-addoċċ.

Tkellem dwar l-ordinanza tal-Isplussivi li toħodna għal żmien il-kolonjaliżmu u li meta saret il-liġi kienet bejn żewġ gwerer dinjin. Dak iż-żmien l-Ingliżi xtaqu li jkollhom kontroll fuq il-fabrikazzjoni tal-porvli. Fiha wkoll referenzi oħrajn li jirreferu għal liġijiet oħra. Aktar tard iddaħħal l-aspett pirotekniku hekk imsejjaħ ċivili. Qal li għandek żewġ taqsimiet miftuħin li tinkludi l-piroteknika ċivili bħalma huwa n-nar tal-festa li jinkludi regolamenti li nbidlu għad-diversi drabi. Huwa qal li filfatt ir-regolamenti taħt l-istess ordinanza jitkellmu fuq xogħlijiet tan-nar. Il-Ministru qal li din l-ordinanza inbidlet diversi drabi minħabba d-daqs ta’ pajjiżna, avveniment jew inċident partikolari. 

Il-Ministru tkellem dwar sproporzjonalità li ġiet wara inċident partikolari u għalhekk fuq ċertu affarijiet minuri m’għandux ikollok ċertu pieni li f’ċertu ċirkostanzi huma aktar minn dragonjali.

“Kulħadd jaf li jien għadni dik in-namra wkoll, m’hemmx x’tistaħba, u ma tkunx qed tisraq jekk tkun pirotekniku u lanqas tkun baxx jew ta’ wara l-mina. Dak huwa kollu fl-opinjoni umli tiegħi paroli vojt. Din hija arti bħal kull arti oħra u bħal kull delizzju fiha l-pekularitajiet u għalhekk l-appell tiegħi hu li jkun hemm aktar element ta’ bilanċ”, tenna Falzon.

Sport