Friday, November 22, 2024

Ministru jgħid li l-ajruport aktarx li l-aħħar li jiftaħ

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri irrimarka fil-Parlament li wisq probabbli li l-ajruport ikun l-aħħar post li jinfetaħ meta l-Gvern jibda jnaqqas il-miżuri eżistenti u settur wara ieħor jirritornaw għax-xogħol.

Huwa stqarr dan waqt li kien qed iwieġeb għal numru ta’ mistoqsijiet minn deputati tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni dwar l-għajnuna li qed tingħata lil kumpaniji milquta mill-Covid19.

Schembri sostna li meta jasal iż-żmien li terġa’ tinfetaħ l-attivita ekonomika u soċjali l-għajnuna finanzjarja li qed jagħti l-Gvern mhix se tieqaf f’daqqa imma se jkun hemm dak li sejjaħ ‘phasing in, phasing out’ bil-mod.

Kien hawn li waqt li semma kif anke setturi li jinfetħu jkollhom jagħmlu dan waqt li xorta jieħu ċertu prekawzjonijiet li Schembri irrimarka li wisq probabbli li l-ajruport ikun l-aħħar post li jinfetaħ.

Dwar l-għajnuna li qed jagħti l-Gvern huwa semma li sal-ġimgħa li għaddiet il-Malta Enterprise għaddiet €10 miljun lill-kumpaniji fejn ġew salvati madwar 80,000 u din il-ġimgħa stess in-numru se jiġi aġġornat.

Fl-istess waqt reġa’ tenna li l-Gvern ma jeskludix li jgħin aktar setturi li jista’ jkun qed jintlaqtu minn kif qed imorru oħrajn għalkemm innota wkoll li hemm kumpaniji li żiedu l-impjegati.

Wara li d-deputat Nazzjonalista Claudio Grech talbu kjarifika dwar it-‘top-up’ li jrid iħallas min iħaddem fuq dak li jipprovdi l-Gvern għax hemm “konfużjoni” dwar dan, Schembri spjega kif il-Gvern qed jagħti €800 lil dawk eliġibbli b’min iħaddem irid iżid il-kumplament jekk impjegat ikollu aktar paga.

Huwa sostna li min iħaddem irid japplika mad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg (DIER) jekk ma jkunx jista’ jżid fuq it-€800 u jekk it-talba tkun ġustifikata jingħata permess ma jżidx il-paga fuq dan l-ammont.

Sport