Friday, May 10, 2024

Ministru u tliet Segretarji Parlamentari ġodda jingħataw il-ġurament tal-ħatra

Aqra wkoll

F’ċerimonja li saret aktar kmieni filgħodu fil-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt Valletta, il-President ta’ Malta Dr George Vella ta l-ġurament tal-ħatra lill-membri ġodda tal-Kabinett tal-Ministri wara t-tibdil li tħabbar li wettaq il-Prim Ministru Robert Abela nhar is-Sibt li għadda. 

L-uċuħ ġodda fil-Kabinett huma t-tabib Malcolm Paul Agius Galea li ngħata l-inkarigu ta’ Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Omar Farrugia li nħatar Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Xogħlijiet Pubbliċi u Glen Bedingfield li ngħata l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika.

Ingħata l-ġurament tal-ħatra wkoll l-Avukat Chris Bonett li minn Segretarju Parlamentari għall-fondi Ewropej ġie elevat għal Ministru tat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi.

B’dawn il-ħatriet, il-Kabinett kompla jissaħħaħ u jiġġedded u sar wieħed aktar żagħżugħ milli kien.

Sport