Sunday, May 5, 2024

Il-Prim Ministru jipproponi lil Naomi Cachia għal Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputata Laburista Dr Naomi Cachia se tinħatar Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista wara tibdiliet fil-Kabinett biex tkompli fuq il-ħidma li wettaq is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul li ilu jservi f’din il-kariga minn April tal-2022.

Fil-fatt, il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qiegħed iressaq għall-approvazzjoni tal-Grupp Parlamentari isem Dr Naomi Cachia bħala l-Whip il-ġdid tal-Grupp Parlamentari tan-naħa tal-Gvern. 

Dr Abela ħabbar dan f’kummenti li ta lil dan is-sit ftit ħin wara li ħadu l-ġurament tal-ħatra l-membri l-ġodda tal-Kabinett fejn parti l-kbira mit-tibdil kien jinkludi uċuħ ġodda u anke żgħażagħ. 

Il-Prim Ministru saħaq it-twemmin qawwi tiegħu fil-ħiliet taż-żgħażagħ, it-talenti tagħhom kif ukoll il-perspettiva li għandhom tal-ħajja u ta’ kif iridu jaraw lil dan il-pajjiż ikompli miexi ‘l quddiem. 

Qal ukoll li jħares ‘il quddiem għall-ewwel seduta tal-Youth Advisory Forum fejn għall-ewwel darba l-Kabinett se jkollu Kumitat Konsultattiv li huwa sinjfikanti fejn il-perspettiva taż-żgħaagħ se tkun ukoll qiegħda tiggwida lill-Kabinett fit-teħid tad-deċiżjonijiet. 

“Għandna taħlita ta’ esperjenza, ta’ nies li ilhom fil-politika numru ta’ snin minkejja li għadhom żgħażagħ u nemmen ukoll li din is-sinerġija se toffri aktar dinamiżmu, enerġija fit-twettiq tal-ħidma u tal-implimentazzjoni tal-manifest elettorali,” tenna l-Prim Ministru. 

Sport