Sunday, December 22, 2024

Minkejja binha m’għadux magħha xorta tesprimi s-sodisfazzjon li trid tgħin lil Puttinu

Aqra wkoll

Marylis Omm Ramiro esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li minkejja li binha m’għadux magħha xorta waħda trid tgħin lil Puttinu. 

Hija stqarret li ħadd ma jista’ jifhem is-sodisfazzjon li tħoss fil-volontarjat u li sabet min jgħidilha  kważi li huwa ħela ta’ ħin li toqgħod tiġri ‘l hemm u ‘l hawn bil-figolli.

Marylis qalet li din hija idea żbaljata u saħqet li għal nies bħal Puttinu saħansitra lesta tidħol fin-nar. Dan għaliex, meta sfortunatament mardulha uliedha, dejjem sabithom hemm u anke meta sena ilu ġie nieqes binha, kienu hemm u għadhom hemm għall-familja kollha.

Tistqar li f’kull sitwazzjoni tal-ħajja dejjem sabet l-għajnuna ta’ Puttinu.

Min-naħa tagħhom, in-nies ta’ Puttinu qalu li hija xi ħaġa sabiħa meta dawn il-ġenituri b’apprezzament jibqgħu jgħinu b’tant imħabba lil Puttinu.

“Grazzi Marylis ta’ kemm taf verament tħobb minkejja li għaddejja minn dulur għat-telfa t’ibnek.”

Sa ftit qabel ma sfortunatament tilef ħajtu, Ramiro, iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li miet is-sena l-oħra wara ħruġ ta’ gass minn heater f’dar f’Ħal Qormi, kien qiegħed itella’ l-appelli fuq Facebook biex iħajjar lin-nies jixtru l-figolli b’risq Puttinu Cares.

Ekonomija

Sport