Minkejja numru ta’ kummenti fuq il-midja soċjali fl-aħħar sigħat b’rabta maż-żjara tal-kantant internazzjonali Lewis Capaldi f’pajjiżna, ritratti minn Visit Malta jikkonfermaw kemm is-serata tal-bieraħ kienet waħda ta’ suċċess.
Il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li l-wirja stupenda tal-istilla internazzjonali Lewis Capaldi lbieraħ, kienet turija ċara tal-ħidma tal-gvern Malti biex jerġa’ jrodd lura avvenimenti mill-isbaħ lill-poplu Malti wara sentejn ta’ pandemija.
Intant minkejja li lbieraħ bosta kienu dawk li bdew jesprimu x-xewqa li jbigħu l-biljetti tagħhom tas-serata, ritratti meħudin tal-Fosos tal-Furjana juru l-attendenza sabiħa għall-kantant.