Saturday, May 18, 2024

Marsaxlokk jiffirmaw lid-difensur ċentrali Arġentin Oscar Carniello

Aqra wkoll

Marsaxlokk ffirmaw lid-difensur ċentrali Arġentin, Oscar Matias Carniello. Il-player ta’ 33 sena ngħaqad ma’ Marsaxlokk wara li qatta’ dawn l-aħħar tliet snin ma’ Birkirkara.

Carniello beda l-karriera tiegħu ma’ Atlético de Rafaela u mbagħad lagħab ma’ CA Colon qabel mar iċ-Ċilì fejn għamel perijodu qasir ma’ CD Everton. Huwa rritorna l-Arġentina biex jerġa’ jingħaqad ma’ Atletico de Rafaela u wara ma’ Boca Unidos.

Ix-Xlukkajri qabel kienu ffirmaw lil Daniel Agius, Tiago Adan Fonseca, Alfred Effiong, Edafe Christopher Uzeh, Timothy Tabone Desira, Leandro Aguirre, Conor Borg, Dale Mifsud u Ryan Tonna.

Sport