Friday, May 17, 2024

Il-Grand Prix tal-Britannja kellu bidu ikrah li seta’ żvolġa fi traġedja

Aqra wkoll

Il-Grand Prix tal-Britannja, fiċ-ċirkwit ta’ Silverstone, kellu bidu karatterizzat b’aċċident ferm ikrah li seta’ kien trasformat fi traġedja. 

L-aċċident seħħ mal-ewwel dawra meta l-Franċiż Pierre Gasly (Alpha Tauri)  pprova jmur bejn il-Britanniku George Russell (Mercedes) fuq ġewwa u Guanyu Zhou (Alfa Romeo) fuq barra. Iżda meta beda jara li kien se jingħalaq bejn iż-żewġ karozzi, huwa rtira lura bil-konsegwenza li laqat ir-rota ta’ wara ta’ Russell li l-karozza tiegħu daħlet f’dik ta’ Zhou bil-karozza ta’ dan tal-aħħar tinqaleb fl-ajru u tinżel tistrieħ ma’ barrikata. 

Fil-veritá kienet il-halo li salvat il-ħajja ta’ Zhou li ma setax jiċċaqlaq minn ġol-karozza iżda l-ħin kollu kien f’sensieh. 

B’xorti tajba wara li ngħata attenzjoni meta, sar magħruf li Zhou ma kellu l-ebda ksur jew inkella ġrieħi gravi. 

Aċċident ieħor kien li l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull) daħal dirett ġol-karozza tal-Britanniku Alex Albon (Williams). 

Għall-bidu kien se jkun hemm invażjoni ta’ nies fuq it-trakka iżda s-sitwazzjoni ġiet għan-normal f’qasir żmien grazzi għall-intervent f’waqtu tal-marshalls. 

Sport