Sunday, December 22, 2024

“Minkejja l-limitazzjonijiet tiegħu James kien jifraħ b’kollox”

Aqra wkoll

“Din hija l-fidi tagħna li ġabitna biex niċċelebraw il-ħajja l-ġdida ta’ James. Laqtuni żewġ frażijiet li kontu qed tirrepetuhom. James kien sabiħ u miskin kemm kien limitat. James kellu ħafna limitazzjonijiet li jagħmluh differenti minn ħafna tfal oħra tamparu. James ma kienx jitkellem u kien beda jlissen l-ewwel kelmiet. Ma kellux kalkolu tar-riskju u tal-periklu. James ma kienx jifraħ bik meta tiltaqa miegħu pero’ James kien jifraħ b’kollox”

Dan qalu waqt l-Omelija Fr Joseph Farrugia, l-Ergħba waranofsinhar fil-kappella tal-Istitut tal-Familja Ġwanni Pawlu II fir-Rabat, Għawdex, hekk kif ingħatat l-aħħar tislima lil James Micallef, it-tifel ta’ tliet snin li fl-10 ta’ Awissu tilef ħajtu wara li waqa f’pixxina tad-dar tal-familja fix-Xagħra.

Fl-omelija ntqal ukoll kif issa James huwa isbaħ minn qatt qabel għax m’għandux aktar limitazzjonijiet umani. Fi tmiem il-quddiesa, ġew irringrazzjati t-tobba u l-infermiera li għamlu minn kollox biex isalvaw ħajjet James.

Ekonomija

Sport