Sunday, November 24, 2024

Minkejja l-problemi kbar ta’ saħħitha xorta waħda baqgħet sal-aħħar tieħu ħsieb uliedha

Tmut Marilyn Grech, u tħalli warajha 3 itfal

Aqra wkoll

Ġriet bħal leħħa ta’ berqa l-aħbar li Marilyn Grech miż-Żebbuġ Għawdex kienet tilfet il-ġlieda tagħhom kontra marda twila li kienet qabditha…

Grech hija omm ta’ 3 itfal li mietet dalgħodu fl-eta ta’ 42 sena. L-iżgħar tifel tagħha għandu għaxar snin. Persuni li tkellmu ma’ talk.mt qalulna li minkejja li saħħitha kienet marret ħafna lura, xorta waħda baqgħet tagħmel dak kollu posibbli biex tieħu ħsieb uliedha.

Fost il-ħafna kummenti li nkitbu fuq il-midja soċjali, kien hemm dak ta’ Lelio Spiteri magħruf aħjar bħala “s-surmast tal-Happy School”.

Lelio kiteb messaġġ emozzjonali ħafna fuq il-paġna tiegħu ta’ facebook fejn kiteb “ħadt xokk kbir xħin smajt bl-aħbar. Konna ltqajna snin ilu meta ġejt tkellemni fl-uffiċċju l-iskola. Min qatt kellu jgħidli li kellna nerġgħu niltaqgħu Londra fejn konna għall-kura hemmhekk. Tkellemna kemm-il darba.

Darba minnhom, flimkien ma’ missierek u ħabibna Carmel, morna passiġġata sa Buckingham Palace. Jien irritornajt lura Malta qablek. Żammejna kuntatt. Fil-ġranet tal-Milied kont iltqajt mal-familja tiegħek u ħadna xi ħaġa tajba flimkien. Kemm kellek għal qalbek lil żewġek u lit-tfal tiegħek. Kemm weġgħat u sofferenzi.

Fl-aħħar messaġġ li bgħattli, kont għidtli li tħossok tajba għalkemm il-problemi ta’ saħħa kienu baqgħu hemm. Pruvajt nagħmillek ħafna kuraġġ u l-wegħda li nitlob għalik, anke l-iskola waqt l-assembly ta’ filgħodu, żammejtha. Illum sirt naf li ħallejtna.

Mill-ġenna fejn tinsab, kompli ħu ħsieb lill-ġenituri u l-familja tiegħek. Inti kont persuna wisq twajba. Insellimlek għażiża Marilyn Grech”.

Hi se tkun qiegħda tingħata l-aħħar tislima nhar il-Sibt, 22 t’April fl-5.00pm fil-Knisja Arċipretali taż-Żebbuġ Għawdex.

Sport