Tuesday, April 30, 2024

“Minkejja li brain dead.. Dr Calvagna għadu magħna u qalbu għadha tħabbat”

Aqra wkoll

“Victor Calvagna mhux mejjet. Huwa brain dead iżda qalbu għadha tħabbat.”

Dan kien il-messaġġ li uħud mill-familjari ta’ Dr Calvagna kitbu fuq il-midja soċjali fl-aħħar sigħat ftit wara li ngħatat l-aħbar li minn testijiet li sarulu ġie kkonfermat li huwa brain dead. 

Għal din l-aħbar bosta persuni u personalitajiet bdew isellmu lil Dr Calvagna u dan wassal biex ħafna ħasbu li huwa ħalla din id-dinja.

Kien għalhekk li l-familjari tiegħu kkonfermaw li minkejja li huwa brain dead, Dr Calvagna għadu magħna u qalbu għadha tħabbat.

Mindu sfortunatament kien involut fl-inċident li kkawżalu ġrieħi serji f’rasu, bosta persuni ngħaqdu flimkien biex jitolbu għall-fejqan tiegħu u fil-fatt kulħadd issa qed jittama li jsir miraklu biex jirkupra biex b’hekk ikun jista’ jirritorna fuq xogħlu u jgħin tant pazjenti ċkejknin li tant għandhom bżonnu.

Dr. Victor Calvagna, li għandu 63 sena, huwa l-ewwel konsulent Malti tat-tfal bil-kanċer u huwa t-tabib li għolla r-rata ta’ fejqan għal 80%.  

Ilbieraħ martu Carmen qalet li t-testijiet tal-MRI kkonfermaw li huwa brain dead u li se jitwaqqaf it-trattament li kien qed jingħata biex tkun in-natura li tieħu l-kors tagħha. Hija talbet ukoll lill-pubbliku biex jitlob għalih f’dan il-mument tant delikat.

Fost dawk li fl-aħħar sigħat ingħaqdu fit-talb għalih kien hemm il-Prim Ministru Robert Abela li qal: “Ilkoll nafu kemm dejjem jaħseb f’nies oħra, b’mod partikolari t-tfal morda bil-kanċer. Issa l-mument li nżommuh fi ħsibijietna.”

Sport