Friday, April 19, 2024

Bank f’ġirja ddisprata biex jirkupra £130m li bi żball ta lil eluf ta’ klijenti

Aqra wkoll

F’jum il-Milied eluf ta’ persuni qamu għal sorpriża kbira mingħand benefattur mhux mistenni – Santander.

Dan hekk kif dan il-bank ħa żball kemxejn kbir wara li fil-25 ta’ Diċembru ddepożita £130m f’75,000 kont.

Skont dak li ġie rrappurtati minn “The Times”, l-impjegati ta’ Santander issa qed jgħaġġlu biex jirkupraw lura l-flus, għalkemm ix-xogħol qed isir aktar diffiċli minħabba li ħafna minnhom kienu iddepożitati f’kontijiet f’banek rivali fosthom Barclays Plc, HSBC Holdings Plc, NatWest, Co-operative Bank u Virgin Money UK Plc. Ġie rrappurtat li uħud mill-banek jibżgħu li uħud mill-klijenti jistgħu jkunu diġà nefqu l-flus.

L-iżball seħħ meta ħlasijiet minn 2,000 kont ta’ persuni u negozji differenti saru darbtejn, bit-tieni ħlas iseħħ direttament mir-riżervi ta’ Santander stess.

Il-bank qal li jiddispjaċih li minħabba kwistjoni teknika xi ħlasijiet mill-klijenti korporattivi tagħhom saru darbtejn u li issa beda bil-ħidma biex jirkupra lura l-flus.

Santander, li għandu 14-il miljun klijent, aktar kmieni din is-sena, preċiżament f’Mejju, kellu jiskuża ruħu minħabba problema li żviluppat li minħabba fiha xi klijenti tagħha ma setgħux jagħmlu l-ebda pagamenti għal kważi ġurnata sħiħa. Intant, ingħad ukoll li f’Awwissu tas-sena li għaddiet eluf ta’ klijenti ma setgħux jaċċessaw il-kontijiet tagħhom onlajn.

Sport