Thursday, February 12, 2026

“Minkejja li mdawwra b’ħafna nies xorta nħossni waħdi … dak li qed inġorr huwa wisq tqil”- Ingrid Sammut

Aqra wkoll

“Solitudni. Jien imdawwra b’familja li tħobbni u bil-ħbieb li baqgħu. Madankollu, spiss inħossni profondament waħdi. Mhux għax m’għandix imħabba, iżda għax dak li qed inġorr huwa tqil wisq, wisq bla heda u wisq mhux familjari biex ħafna nies jifhmuh verament. Ħafna pazjenti oħra bil-kanċer li mxew din it-triq miegħi m’għadhomx hawn. Huma mietu. U jien għadni hawn… nissaporti, nixhed, ngħix uġigħ li ma jieqafx”

Dan kien il-messaġġ li wasslet Ingrid Sammut li bħalissa għaddejja mill-battalja tal-kanċer, fejn irrimarkat li tgħix b’uġigħ qawwi lejl u nhar u li qed tgħix kontinwament fuq ix-xwiek tistenna r-riżultati tal-iscan li jmiss.

Qalet ukoll; “ngħix b’diżabilità li akkwistajt mil-lum għal għada. M’hemm l-ebda waqfa, l-ebda reset. Madankollu, in-nies għadhom jarawni nitbissem, nimbotta ‘l quddiem, nidher, nagħmel sigħat ta’ terapija kuljum”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport