L-Ixlukkajri u dawk kollha li kellhom ix-xorti li jsiru jafu lil Ethel Vento Zahra dalgħodu sebħu għall-aħbar li qatt ma xtaqu jisimgħu.
Dan hekk kif fl-aħħar sigħat tħabbret il-mewt tal-mara li minkejja dak kollu li għaddiet minnu, baqgħet tara t-tazza nofsha mimlija u tikkonvinċi lil ħaddieħor biex ma jaqtax qalbu .
Zahra kienet minn ta’ quddiem fejn jidħlu kampanji ta’ għarfien dwar il-kanċer tas-sider u ta’ dan saħansitra ngħatat medalja għall-Qadi tar-Repubblika s-sena li għaddiet.
Fost dawk li sellmu l-memorja tagħha kien hemm il-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca li fakkret kif lil Ethel tafha minn ċkunita u li minn dejjem kienet ta’ eżempju għal kulħadd.