Wednesday, December 25, 2024

Minkejja żieda fin-nefqa, il-gvern kien fi stat li jħabbar budget pożittiv

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mistoqsi dwar l-abilità tal-gvern li jippreżenta tali dokument bħalma kien il-budget ppreżentat t-Tnejn li għadda, anke minħabba sfidi bħalma kienu dawk kkawżati mill-pandemija, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol spjega li minkejja li l-infiq tal-gvern fl-aħħar xhur baqa’ jiżdied, dan wassal biex l-ekonomija ta’ pajjiżna baqgħet b’saħħitha.

In-nefqa matul il-pandemija infatti kif kwotat mid-Deputat Laburista Oliver Scicluna, kienet ta’ madwar €1.5 biljun. Il-Ministru Caruana qal li kien hemm diskrepanza bejn id-dħul u l-infiq tal-gvern. 

Ħarsa lejn in-numri, Caruana qal li kien hemm €190 miljun anqas fid-dħul, iżda aktar minn hekk kien hemm żieda fl-ispiża li żdiedet b’madwar €540 miljun għax kien hemm bżonn li l-ekonomija tiġi sostnuta bi skemi bħalma kienu dawk tal-Covid Wage Suppliment u l-vouchers fost għajnuniet oħra.

Il-Ministru tenna jgħid li minħabba dan l-investiment li sar fil-ħaddiema, f’pajjiżna ġie salvat is-suq tax-xogħol fejn kuntrarju għal pajjiżi oħra, minflok żied fil-qgħad, f’pajjiżna żdiedu n-nies jaħdmu u b’hekk il-mutur ekonomiku ta’ pajjiżna baqa’ għaddej.

Ekonomija

Sport