Sunday, December 22, 2024

Minn din is-sena se jitwaħħlu tabelli informattivi għall-ħarsien tal-ambjent

Il-ħarsien tas-Siti Natura 2000 f’Għawdex u Kemmuna

Aqra wkoll

Ir-Responsabbiltajiet tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, u ta’ Ambjent Malta f’Għawdex u Kemmuna, huma prinċipalment relatati mal-ħarsien, ir-rijabilitazzjoni u l-immaniġġjar tas-Siti ta’ Natura 2000.

Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, Miriam Dalli, qalet dan fi tweġiba parlamentari fejn qalet ukoll li Ambjent Malta tagħti wkoll sostenn lill-kunsilli lokali f’inizjattivi ta’ tħaddir urban. Hija sostniet li l-interventi li saru f’Għawdex kienu jinkludu miżuri ta’ konservazzjoni tar-ramel fill-bajja tar-Ramla l-Ħamra u s-sit protett tad-Dwejra.

Għas-sena 2023, il-pjan hu li jitwaħħlu tabelli informattivi ġodda sabiex il-pubbliku jkun jista’ jifhem aħjar l-importanza tar-Ramla l-Ħamra u jikkontribwixxi għall-ħarsien tiegħu.

Il-Ministru Dalli qalet ukoll li l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ffirmat ftehim mal-kunsill lokali ta’ San Lawrenz għat-tmexxija u l-operat taċ-ċentru ta’ interpretazzjoni tad-Dwejra. Dan il-ftehim se jwassal għal titjib fl-operat ta’ dan iċ-ċentru billi, fost l-oħrajn, jiġu organizzati żjarat edukattivi, sessjonijiet ta’ taħriġ u anki wirjiet.

Ekonomija

Sport