Sunday, December 22, 2024

Minn għada, it-trasport bil-‘ferry’ se jkun bla ħlas

Aqra wkoll

Fil-Fgura, il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela tkellem dwar il-viżjoni tal-Gvern għal Malta aktar Ġusta, dwar ir-rivoluzzjoni ambjentali bil-għan li nkomplu ntejjbu l-kwalita’ tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Qalbiet ambjentali iżda wkoll qalbiet b’ruħ soċjali ta’ Gvern li jgħin lin-nies u jemmen fl-inċentiv, inkluż quddiem l-isfida globali tal-għoli tal-ħajja.

Robert Abela emfasizza kif ir-riformi fl-ambjent jibqgħu fuq quddiem nett tal-bidla u semma bidliet li għamel Gvern Laburista ta’ dawn l-aħħar għaxar snin. Mill-effetti negattivi ta’ power station li taħdem bil-heavy fuel oil għall-qalba tal-gass fil-produzzjoni tal-enerġija.

“Filwaqt li l-pajjiż żviluppa u kiber, l-emissjonijiet tagħna mis-settur tal-enerġija waqqajnihom lura għal li kienu erbgħin sena ilu. Imma ma waqafniex hemm. Rivoluzzjoni ambjentali oħra li qed nagħmlu biex intejbu l-kwalità tal-arja. Il-proġett tax-shore-to-ship. Kull vapur li jsorġi għal tmien sigħat fil-Port ikollu emissjonijiet daqs 300,000 karozza jsuqu t-tul ta’ Malta kollha.”

B’inqas traffiku u tniġġiż, il-Prim Ministru ħabbar ukoll inċentiv ieħor għal min juża l-ferry.

“U biex nippromwovu dan il-mezz ta’ trasport alternattiv. U biex ngħinu lin-nies – minn għada, iva minn għada, se nkunu qed nagħmluh b’xejn għal dawk li għandhom tal-linja card. L-istess kif għamilna t-trasport bil-karozzi tal-linja b’xejn. Issa qed nagħmlu l-istess għall-vjaġġi bil-baħar bil-ferry. Nippromwovu trasport alternattiv. U fl-istess ħin inħallu iktar flus fi bwiet il-familji.”

Ekonomija

Sport