Tuesday, December 24, 2024

Minn għada jidħlu fis-seħħ ir-regoli ġodda dwar il-kwarantina

Aqra wkoll

Kif proprju tħabbar fl-aħħar jiem, minn għada t-Tnejn 3 ta’ Jannar se jidħlu fis-seħħ regoli ġodda dwar il-kwarantina.

Dawn jinkludu:

– persuni pożittivi għall-COVID-19 li huma mlaqqma bil-booster se jkunu obbligati li jagħmlu perjodu ta’ kwarantina t’għaxart ijiem minflok 14-il ġurnata. Dan sakemm fl-aħħar tlett ijiem ta’ kwarantina, dawn l-individwi ma jkollhomx sintomi. 

– persuni li kienu f’kuntatt ma’ persuna pożittiva, iġifieri “primary contacts”, u li huma fil-pussess ta’ ċertifikat tal-vaċċin validu, jistgħu jibqgħu jużaw is-sistema ta’ “early release”, iġifieri li jtemmu l-kwarantina obbligatorja sebat ijiem wara l-aħħar kuntatt mal-persuna pożittiva, wara li jagħmlu rapid test li jirriżulta fin-negattiv. 

– persuni meqjusa bħala “secondary contacts”, jiġifieri min jgħix fl-istess residenza ma’ persuni li kienu f’kuntatt dirett ma’ persuna pożittiva, m’għandhomx għalfejn jagħmlu kwarantina, jekk ikunu ivvaċċinati bil-booster.

Ekonomija

Sport