Monday, May 13, 2024

“Ħafna ħsiebna li xi att bħal dan isir minn xi barrani… qed infallu”

Aqra wkoll

Fl-aħħar sigħat pajjiżna safa xxukkjat bil-femiċidju tal-Pollakka Paulina Debska li nstabet bla ħajja f’Tas-Sliema. Kienu għall-ħabta tas-6.20 a.m. tal-bieraħ meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien instab katavru fi Ġnien l-Indipendenza, f’Tas-Sliema. Intant b’reazzjoni għall-mewt tagħha kien hemm diversi persuni li qasmu l-ħsibijiet tagħhom.

Sandy Mallia kienet fost dawk il-persuni li f’mument ta’ swied il-qalb spjegat li episodju bħal dan iħallik imfixkel fi ħsibijiet, “Iżda dan mhu xejn fejn dak kollu li għaddiet minnu Paulina. ix-xemx mhi ser terġa’ tisbaħ qatt għal din it-tfajla!”, tkompli Mallia.

Mallia tfakkar li din it-tfajla, fl-età ta’ 29 sena ġiet f’pajjiż ieħor ‘il bogħod minn familtha, minn sħabha, f’pajjiż tant żgħir. Żiedet tgħid li “Ħafna ħsiebna li xi att bħal dan isir minn xi barrani għax il-Maltin m’aħniex t’hekk! Jiddispjaċini ngħid li qegħdin nikbru f’soċjetà kerha wisq! Soċjetà bla rażan! Ma rridx nkun naf min hu l-aggressur iżda niskanta! 20 sena! Ta’ 20 sena kont nistħi nkellem lil xi ħadd aħseb u ara nabbużah u noqtlu!”

Hija temmet issellem il-memorja tal-vittma bil-kliem “Jiddispjaċini Paulina! We have failed you! May your beautiful soul rests in peace! #stoprape

Sport