Friday, May 3, 2024

Australian Open: Rafael Nadal jasal Melbourne

Aqra wkoll

Rafael Nadal ikkonferma tentattiv tiegħu għall-21 titlu rekord tal-Grand Slam meta nhar il-Ġimgħa poġġa stampa tiegħu f’Melbourne Park fuq il-midja soċjali u neħħi l-biża’ li jista’ jitlef l-Australian Open ta’ dan ix-xahar.

Nadal qabad il-coronavirus ġdid waqt li kien qed jilgħab f’tournament ta’ esibizzjoni f’Abu Dhabi x-xahar li għadda u qal li se jieħu deċiżjoni dwar it-tournaments futuri tiegħu skond l-”evoluzzjoni” tiegħu fil-ġimgħat li ġejjin.

“Tgħid lil ħadd … jien hawn,” qal Nadal, li jinsab jaqsam ir-rekord tal-irġiel ta’ 20 titlu maġġuri ma’ Novak Djokovic u Roger Federer, f’messaġġ fuq Twitter li jurih bilwieqfa fuq il-court ta’ Rod Laver Arena.

Nadal, 35 sena, lagħab f’Abu Dhabi wara li qatta’ erba’ xhur barra mil-logħob bi problema fit-tul f’siequ. Huwa ġie eliminat fis- semi-finali tal-French Open f’Roland Garros fis-semi-finali tal-French Open u ġie sfurzat jirtira minn Wimbledon, l-Olimpjadi ta’ Tokjo u l-US Open.

It-test pożittiv tal-Covid-19 tefa’ aktar dubju dwar jekk l-Ispanjol hux se jilgħab fl-Australian Open – tournament fejn rebaħ darba u kien finalista erba’ darbiet.

Nadal se jkun mistenni li jibda t-tħejjijiet tiegħu għall-Grand Slam billi jirritorna għat-tour għall-ewwel darba minn Awwissu fl-avveniment ATP 250 f’Melbourne minn għada t-Tlieta.

Il-wasla tiegħu se tkun ta’ spinta għall-organizzaturi tal-Australian Open, li ġie milqut minn injuries b’Federer, Stan Wawrinka, Dominic Thiem, Serena Williams u Bianca Andreescu kollha neqsin għal din ir-raġuni.

Filwaqt li Nadal temm l-ispekulazzjoni dwar il-parteċipazzjoni tiegħu, il-midja lokali fl-Awstralja rrapportat li Venus Williams ingħaqdet ma’ oħta Serena biex taqbeż il-Grand Slam fuq wiċċ iebes.

Ir-rebbieħa seba’ darbiet ta’ tournaments maġġuri, Venus, kienet teħtieġ wild card fil-poloz prinċipali, iżda ddeċidiet li ma tivvjaġġax lejn Melbourne.

Għad hemm inċertezza jekk in-numru wieħed mondjali, is-Serb Novak Djoko­vic hux se jilgħab fl-Australian Open, fejn il- player ta’ 34 sena rebaħ rekord ta’ disa’ titli fosthom l-aħħar tlieta.

L-ispekulazzjonijiet dwar il-parteċipaz­zjoni ta’ Djokovic żdiedu wara li rtira mit-team tas-Serbja għall-ATP Cup f’Sydney li bdiet is-Sibt li għadda.

Sport