Monday, September 23, 2024

Minn għada jiffriska ftit… ebda maltempati estremi

Aqra wkoll

Minn għada t-Tnejn, għandu jifrika ftit u jneħħi din l-arja “mdelka” li hawn fuq il-gżejjer Maltin. Dan qalu Gordon Grech fuq is-sit tiegħu Aġġornament tat-Temp. Jidher li ma hemm l-ebda maltempati estremi li se jolqtu l-gżejjer Maltin.

Grech jikteb li “firxa ta’ arja kiesħa se ġġib magħha temp instabbli fl-Ewropa.” Hu kompla jgħid li dan it-tip ta’ temp se jniżżel it-temperatura fuq il-gżejjer Maltin. “Fiċ-Ċentru tal-Mediterran naraw li se jkun inqas b’intensità bħala xita, però se jkun hawn riħ qawwi.”

Intant, it-temp għal għada t-Tnejn mistenni li jibda msaħħab b’xi xita sa filgħodu li jsir ftit imsaħħab sa filgħaxija. Riħ jibda varju filgħodu li jdur Majjistral wara l-4.00pm. Jitla’ Majjistral qawwi Forza 6 għal 7 wara t-8.00pm.

It-Tlieta temp ikun xemxi b’riħ qawwi forza 6 mill-Majjistral filwaqt li l-Erbgħa jkun xemxi wkoll b’riħ Majjistral Forza 5 li jnaqqas għal forza 4 sa filgħaxija.

Il-Ħamis it-temp jibqa’ xemxi b’riħ forza 4 mill-Majjistral li jdur Punent. Il-Ġimgħa se jkun imsaħħab tul il-lejl b’xi xita sa filgħodu. Riħ ikun Majjistral forza 3 li jitla’ forza 5 għal 6 filgħaxija.

Imbgħad is-Sibt it-temp għalkemm ikun xemxi b’riħ forza 6 mill-Majjistral l-ogħla temperatura mhux se titla’ aktar minn 26°C filwaqt li l-Ħadd it-temp ikun ftit imsaħħab b’riħ forza 5 għal 6 mill-Majjistral.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport