Wednesday, December 25, 2024

Minn għada massimu ta’ 10 persuni fi spazji pubbliċi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Fissazzjoni minn sezzjoni ta’ midja li hemm diżgwit bejni u bejn il-Prim Ministru” – Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne

https://www.facebook.com/MaltaGov/videos/210253087075136/

Fid-dawl tan-numru ta’ każi ġodda ta’ COVID-19 li kellna fl-aħħar ġimgħa wasslu biex il-Gvern flimkien mad-dipartiment tas-Saħħa jerġgħu jidħlu numru ta’ miżuri. Fil-fatt il-Ministru għas-Saħħa u d-Deputat Prim Ministru ħabbar li ma jistax ikun hemm aktar minn 10 persuni fl-istess grupp f’postijiet pubbliċi. Dan ifisser li waqt avveniment irid ikun hemm persuna waħda kull erba’ metri kwadri. Il-Ministru kompla jgħid li kull min se jattendi xi attività pubblika jrid iħalli n-numru tal-mowbajl biex ikun jista jsir contact tracing f’każ ta’ każi ġodda minn dak l-avveniment.

Il-Ministru ħabbar ukoll li bi ftehim mal-Kurja, minn għada, l-marċi tal-festi mhuc se jibqgħu jsiru. Id-Deputat Prim Ministru qal li dawn il-miżuri ġodda huma legalment inforzati u jista’ jkun hemm il-każ ta’ telf ta’ liċenzji minn stabbilimenti li ma jsegwux dawn il-miżuri.

Fl-intervent tagħha, is-Supretendent tas-Saħħa, Charmain Gauci kompliet tenfasizza dwar l-importanza tad-distanza soċjali u kemm din hi importanti biex tkun ikkontrollata l-pandemija.

Il-Ministru Fearne qal li żewġ fatturi li kienu strumentali biex fl-aħħar xhur ksibna suċċess fid-dawl tal-pandemija COVID-19 kienu d-distanza soċjali u n-numru kbir ta’ testijiet.

Meta mistoqsi dwar il-każi ta’ COVID-19 fost l-immigranti, l-Ministru Fearne qal li minn għada dawn il-każi se jkunu qed jiżdiedu man-numru ta’ każi lokali. Il-Ministru Fearne kompla għamilha ċara li l-fisazzjoni li hemm xi diżgwiet bejnu u bejn il-Prim Ministru, huwa wieġeb li din hija qlajja ta’ sezzjoni ta’ midja. Fid-dawl li hemm numru ta’ parties li se jsiru f’pajjiżna fix-xhur li ġejjin, il-Ministru Fearne u Charmaine Gauci qalu li l-organizzaturi jridu jippubblikaw risk assessment qabel ma jsir l-avveniment. Jekk l-avveniment ma jkunx jista’ jkollu gruppi ta’ 10, dan ma jsirx.

Ekonomija

Sport