Malta Dairy Products Ltd. (MDP) se tkun qed taġġusta l-prezzijiet tal-prodotti tal-ħalib frisk tagħha minn għada l-Ħamis, 1 ta’ Ġunju, 2023 biex tirrifletti ż-żidiet sinifikanti attwali fil-produzzjoni u l-ispejjeż operattivi.
L-avvenimenti reċenti madwar id-dinja wasslu għal tfixkil u sfidi għall-industrija li ma jistgħux jibqgħu injorati. Iż-żidiet kostanti u persistenti fl-ispejjeż tal-produzzjoni u operattivi qed ifissru li l-MDP ma tistax tibqa’ tassorbi dawn l-ispejjeż internament.
L-għan tal-kumpanija huwa li żżomm is-settur tal-ħalib lokali sostenibbli filwaqt li niżguraw li l-klijenti tagħna jkunu pprovduti bi prodotti kompetittivi tal-ħalib frisk lokali, f’kull dar Maltija. Meta wieħed iqis il-valur nutrittiv u l-kwalità tal-prodotti tagħha, MDP qed tistinka biex tappoġġja b’mod attiv is-saħħa tan-nazzjon.
MDP tixtieq tieħu din l-opportunità biex tirringrazzja lill-klijenti kollha tagħha għall-lealtà u l-appoġġ kontinwu tagħhom lejn il-prodotti Benna.
L-aġġustament fil-prezzijiet tal-ħalib frisk se jkun kif jidher fit-tabella ta’ hawn fuq.