Friday, May 17, 2024

Joseph Zerafa mhux mistenni jibqa’ ma’ Hibernians

Aqra wkoll

Id-difensur veteran Joseph Zerafa li proprju llum qed jiċċelebra għeluq sninu mhux mistenni jibqa’ ma’ Hibernians. Dan qalu hu meta kkuntattjat minn dan is-sit.

Huwa saħaq li għalkemm qiegħed kuntent ħafna mal-klabb ta’ Hibernians, mhix ix-xewqa tiegħu li jaħdem mal-kowċ Silvio Vella.

Huwa diġá għandu xi offerti minn klabbs oħra fil-Premier, fostshom minn dawk li se jkunu qed jilagħbu fl-Ewropa.

Sport