Sunday, December 22, 2024

Minn għada tibda ħidma biex jitnaddaf il-vandaliżmu fuq is-swar tal-kottonera

Aqra wkoll

Ftit jiem biss wara li tħabbar li tlestew ix-xogħlijiet ta’ restawr fuq is-swar tal-Kottonera, dawn l-istess swar ġew vandalizzati.

Kienu bosta li fuq il-midja soċjali wrew sens ta’ rabja għal dan l-att vandalu fuq dawn il-ħitan li warajhom hemm storja kbira.

Intant ikkuntattjat minn dan is-sit, id-Direttur ta’ V&M Contracting Ltd. Lawrence Vassallo kkonferma dwar dan il-vandaliżmu, u li minn għada n-nies tiegħu se jkunu qegħdin jaħdmu biex il-post jirritorna għall-preġju li jixraq għal-lokalità. Huwa jikkalkula li x-xogħol mistenni jieħu bejn jumejn u tlieta.

Ekonomija

Sport