Friday, April 26, 2024

Spija Kubana toħroġ mill-ħabs fl-Istati Uniti wara aktar minn 20 sena

Aqra wkoll

Ana Montes, waħda mill-aktar spiji magħrufa tal-Gwerra Bierda maqbuda mill-Istati Uniti, ħarġet mill-ħabs wara aktar minn 20 sena miżmuma arrestata.

Il-mara ta’ 65 sena qattgħet kważi żewġ diċennji tispija għal Kuba waqt li kienet impjegata bħala analista fl-Aġenzija dwar l-intelliġenza tad-difiża.

Wara l-arrest tagħha fl-2001, l-uffiċjali qalu li hija kienet esponiet kwazi għalkollox l-operazzjonijiet tal-intelliġenza tal-Istati Uniti fil-gżira. Wieħed mill-uffiċjali qal li hija kienet fost “l-aktar spiji li għamlu ħsara” maqbuda mill-Istait Uniti.

Michelle Van Cleave, li kienet kap tal-counter-intelligence taħt il-President George W. Bush, qalet lill-Kungress fl-2012 li Montes kienet “ikkompromettiet kollox – prattikament kollox – li konna nafu dwar Kuba u kif operajna f’Kuba.” 

“Għalhekk il-Kubani kienu konxji sew ta’ dak kollu li konna nafu dwarhom u setgħu jużaw dan għall-vantaġġ tagħhom. Barra minn hekk, hija setgħet tinfluwenza l-istimi dwar Kuba fil-konverżazzjonijiet tagħha mal-kollegi u sabet ukoll opportunità biex tipprovdi informazzjoni li kisbet lil setgħat oħrajn.” 

Wara l-arrest tagħha, Montes ġiet akkużata li pprovdiet l-identitajiet ta’ erba’ spiji Amerikani u oċeani ta’ materjal ikklassifikat. Hija ngħatat sentenza ta’ 25 sena priġunerija, bl-imħallef li taha s-sentenza jakkużaha li poġġiet in-“nazzjoni kollu kemm hu” f’riskju.

Sport