Tuesday, April 23, 2024

Tlieta mixlija bi traffikar ta’ kannabis

Aqra wkoll

Tlitt irġiel mill-Gambja nżammu arrestati wara li allegatament instabu fil-pussess tal-kannabis lesta għat-traffikar.

L-irġiel huma Alhagie Jobe ta’ 24 sena, Nfamara Ceesay ta’ 24 sena u Kemo K Nybally ta’ 27 sena. Huma wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontra tagħhom. 

Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-imputati ġew arrestati f’appartament li jinsab fi Triq il-Baħħara fil-Qawra nhar il-Ġimgħa li għadda, wara l-Pulizija kellhom suspett li allegatament kienet qed issir attività kriminali. Intqal li nstabu mal-200 gramma kannabis, fosthom li kienu moħbija f’sufan.

L-irġiel inżammu taħt arrest preventiv wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi John Leigh Howard u Mark Anthony Mercieca. L-Avukat tal-għajnuna legali Christopher Chircop deher għall-imputati. 

Sport