Wednesday, April 24, 2024

Minn għada tidħol is-sistema l-ġdida tal-kontravenzjonijiet u punti relatati

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

B’effett minn għada qed isir tibdil fis-sistema tal-kontravenzjonijiet kif ukoll fis-sistema tal-punti relatati magħhom fit-toroq ta’ pajjiżna. 

F’lista sħiħa ta’ kontravenzjonijiet ippubblikata, Transport Malta qiegħda telenka t-tibdil fejn fost l-oħrajn għal min jinqabad isuq fuq dawl aħmar minn €100 il-multa se tirdoppja. Dawk li jinqabdu jsuqu b’mod eċċessiv b’iktar minn 15-il Kilometru fis-siegħa ’l fuq mil-limitu l-multa telgħet għal €100. Tagħbija ta’ passiġġieri li jaqbżu dak stipulat fiċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tal-vettura se twassal għal multa ta’ €50 għal kull persuna żejda. Se tirdoppja wkoll il-multa għall-użu tal-mowbajl jew kwalunkwe apparat ieħor simili li jinżamm fl-idejn waqt li wieqaf fit-traffiku jew waqt is-sewqan biex minn €100 dawk li jinqabdu se jkollhom iħallsu €200. Din il-multa se tkun qiegħda titrippla għal sewwieqa ta’ vannijiet kbar u trakkijiet, jew vetturi li jintużaw għall-ġarr ta’ passiġġieri. Dawn se jingħataw multa ta’ €300.

Fejn jidħlu l-punti, fost l-oħrajn dawk li jinqabdu bil-mobile se jkunu qegħdin jiġu penalizzati bejn 6 u 9 punti meta qabel il-penali kienu bejn 3 u 6 punti. 

Sport