Saturday, December 21, 2024

“Minn ħin għal ieħor missieri jista’ jinqatel fl-Iran”

Gazelle Sharmahd, Ġermaniża li għandha lil missierha miżmum mill-Istat Iranjan

Aqra wkoll

Gazelle Sharmahd, mara Ġermaniża qalet li minn ħin għal ieħor missierha jista’ jinqatel fl-Iran hekk kif dan issa ilu miżmum hemm għal sentejn sħaħ. Hi qalet li missierha kien ċempel id-dar biex isellem lill-familja tiegħu. Kienet martu li rrispondiet it-telefonata, iżda x’ħin bintu reġgħet ipprovat iċċempel il-gwardji tal-ħabs qalulha li issa ma tistax tkellem lil missierha.

Hi qalet li missierha ilu miżmum f’ħabs fl-Iran għal dawn l-aħħar sentejn u fl-aħħar ħinijiet irċivew telefonata mill-ħabs li Jamshid kien se jingħata l-piena tal-mewt.

“S’issa ma nafux jekk hux diġa ngħata l-piena tal-mewt. Ħadd ma qalilna xejn,” qalet il-bint minn dar f’Los Angeles fejn qiegħda tgħid bħalissa.

Kien fi Frar li għadda meta Qorti Iranjana kkundannat lil Jamshid għal mewt wara li nqabad “b’korruzzjoni”. Mill-ewwel Amnesty International fi stqarrija kienet qalet li l-ġuri ma kienx wieħed ġust fejn hu lanqas biss seta’ jiddefendi lilu nnifsu.

Gazelle fetħet każ mal-Awtoritajiet Ġermaniżi biex jinvestigaw dan il-każ, iżda l-istess awtoritajiet qed isibuha diffiċli ħafna biex jgħinu lil dan il-missier minħabba li l-Iran mhux qiegħed jgħaddi informazzjoni.

Ekonomija

Sport