Tuesday, December 24, 2024

Minn nhar it-Tnejn kulħadd huwa mħeġġeġ biex juża boroż suwed trasparenti minflok boroż suwed li ma jidher xejn minnhom

Aqra wkoll

Aktar kemm ma jgħaddi żmien, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA qed tkompli tieħu passi sabiex aktar persuni jisseparaw kif suppost. Intant minn nhar it-Tnejn 1 ta’ Lulju, il-pubbliku huwai mħeġġeġ sabiex juża boroż suwed trasparenti meta jarmu l-iskart li suppost jintrema bil-borża s-sewda.

Dan qalitu l-ERA fi stqarrija,fejn spjegat li f’din il-borza għandhom jintremew oġġetti li mhux meqjus bħala skart organiku, riċiklabbli jew li jistgħu jerġgħu jintużaw, u lanqas skart perikolużi jew mediċinali.

Intqal ukoll li l-ERA se tkompli tkun ta’ appoġġ għall-pubbliku fl-użu mandatorju ta’ boroż suwed li huma trasparenti billi tippermetti perjodu tranżitorju.

Fl-istess stqarrija, l-ERA serrħet ras kulħadd li mhu se jkun hemm ebda tibdil fl-iskeda eżistenti tal-ġbir tal-iskart.

Ekonomija

Sport