Sunday, November 24, 2024

Minn pazjent għal voluntier

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 19-il sena li tmien snin ilu ġie bżonn is-servizzi ta’ Puttinu Cares, illum huwa wieħed mill-voluntiera ta’ Puttinu kif ukoll student l-Università.

F’kitba li ttellgħet fuq il-paġna ta’ Puttinu, Yann jiddefinixxi lil Puttinu bħala “Serħan il-moħħ għall-familja tiegħi u parti importanti mill-fejqan tiegħi”. Dan għaliex is-sapport li joffri Puttinu huwa inkredibbli matul il-battalja iebsa ta’ kull wieħed u waħda mill-pazjenti tagħhom.

Yann jirrakkonta li fl-età ta’ 11-il sena kellu kanċer f’moħħu. Huwa beda t-trattament tiegħu fir-Rainbow Ward iżda eventwalment kellu jitla’ Londra biex isirlu intervent, fejn hemmhekk kemm hu kif ukoll il-familja tiegħu ngħataw appartament biex jgħixu fih b’xejn matul il-jiem li kellhom iqattgħu l-Ingilterra għat-trattament u l-kura ta’ Yann.

Sport