Saturday, December 21, 2024

Minn tal-anqas disgħa mejtin f’Għargħar fi New York u New Jersey

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Gvernaturi ta’ New York u New Jersey, fl-Istati Uniti jiddikkjaraw stat ta’ emerġenza kawża ta’ dak deskritt, mis-Sindku ta’ New York Bill de Blasio, “temp estrem, storiku”. 

Jidher li minn tal-inqas disa’ persuni ġew irrappurati mejta wara numru ta’ għargħar u urugan laqtu ż-żoni grigali. Mal-ħin is-sitwazzjoni kompliet teskala hekk kif numru ta’ residenti nqabdu fil-kantina ta’ darhom, mgħerrqa. Raġel ta’ 70 sena nstab mejjet f’vettura, f’New Jersey, li nġarret bis-saħħa tal-kurrent tal-għargħar. Vittma ieħor ta’ din it-traġedja huwa tifel ta’ sentejn.

Rapporti oħra juru li f’Central Park, New York, bdiet nieżla total ta’ tmien centimetru xita, fi żmien siegħa. Fl-istess lokalità ingħalqu s-subways kollha u kull vettura,  sakemm mhux emerġenza, huma prjobiti milli jiċċirkolaw fit-toroq. 

George Bailey irrakkonta lill-BBC kif, “aħna u nieklu l-ikla ta’ filgħaxija bdejt nissma xi ħsejjes ġejjin mill-kamra tal-banju u hemm rajt l-ilma ħiereġ mid-drain tas-xower.

Ekonomija

Sport