Thursday, December 26, 2024

Minn tal-inqas 13 mejta wara l-iżbroff tal-vulkan Gunung Semeru fl-Indoneżja

Aqra wkoll

Minn tal-inqas 13-il persuna tilfu ħajjithom filwaqt li għexieren sofrew ġrieħi wara żbroff tal-vulkan Gunung Semeru fuq il-gżira ta’ Java ġewwa l-Indoneżja. Filmati li xxandru fuq il-midja kienu juru għadd ta’ residenti jaħarbu s-sħaba kbira ta’ rmiet li ġiet ikkawżata waqt l-iżbroff. 

Midja internazzjonali rrapportat kif għadd ta’ villaġġi spiċċaw midfuna taħt ammonti kbar ta’ rmied, fejn f’ċertu partijiet l-irmied kien m’għola s-soqfa tad-djar. 

Apparti hekk iż-żona spiċċat f’dalma kważi totali hekk kif ir-raġġi tax-xemx ma kinux qed jippenetraw mis-sħab tal-irmied. 

Uffiċjali qalu li kien hemm minn tal-inqas 57 persuna li sofrew ġrieħi, b’uħud isofru minn ħruq estensiv. Dan l-iżbroff affettwa minn tal-inqas 11-il raħal fejn ħafna mir-residenti kellhom jiġu evakwati u ngħataw kenn fil-moskej jew xelters imwaqqfin apposta. 

Ekonomija

Sport