Minn tal-inqas 15-il persuna nqatlu b’tiri ta’ arma tan-nar fil-belt ta’ Soweta fl-Afrika ta’ Isfel.
L-uffiċjali tal-pulizija fil-pajjiż qalu li persuni armati daħlu f’bar f’Orlando East fis-sigħat bikrin tal-Ħadd filgħodu u bdew jisparaw bl-addoċċ fuq grupp ta’ żgħażagħ u wara ħarbu minn fuq il-post b’minibus bajda.
Il-mottiv wara dan l-attakk għadu ma ġiex stabbilix. F’dan l-inċident weġġgħu wkoll diversi persuni oħra b’uħud minnhom jinsabu f’qagħdu kritika. Huwa maħsub li l-vittmi għandhom bejn 19 u l-35 sena.
Il-Pulizija qalu wkoll li erba’ persuni oħra nqatlu fi sparatura oħra f’bar ieħor fil-proviċnja ta’ KwaZulu-Natal.