Sunday, December 29, 2024

Minn tal-inqas 40 ħaddiem maqbuda f’mina li waqgħet fl-Indja

Aqra wkoll

Mill-inqas 40 ħaddiem tal-kostruzzjoni spiċċaw maqbuda f’mina li kienu qed jagħmlu xi xogħol fuqha wara li din waqgħet fit-Tramuntana tal-Indja, bil-ħaddiema tas-salvataġġ għaddejjin b’ħidma biex joħorġuuhom minn qalb it-tifrik. 

Il-kollass ta’ din il-mina seħħ kmieni l-Ħadd filgħodu fl-istat ta’ Uttarakhand meta grupp ta’ ħaddiema kienu deħlin biex ikomplu x-xogħol li kienu għaddejjin fuqu l-grupp ta’ qabilhom.

“Ċedew xejn inqas minn madwar 200 metru tal-mina,” qal Durgesh Rathodi, uffiċjal tal-istat tar-rispons għad-diżastri. “Madwar 40 ħaddiem jinsabu maqbuda ġewwa. L-ossiġnu qed jiġi fornut minn qalb it-tifrik,” huwa żied jgħid. 

Il-mina twila 4.5 kilometri qed tinbena bejn Silkyara u Dandalgaon biex tgħaqqad tnejn mill-aktar santwarji qaddisa Hindu ta’ Uttarkashi u Yamnotri.

Ekonomija

Sport