Monday, May 6, 2024

Arda Guler barra mill-azzjoni għal xahar

Aqra wkoll

Il-midfielder żagħżugħ Tork, Arda Guler, se jkollu jistenna qabel jagħmel id-debutt tiegħu ma’ Real Madrid hekk kif weġġa’ rkupptejh waqt is-sessjoni ta’ taħriġ immexxija mill-kowċ Carlo Ancelotti.

Fil-fatt, il-kowċ mill-Italja ma sejjaħlux għal-logħba li Los Merengues kellhom ilbieraħ kontra Valencia.

Il-plejer ta’ 18-il sena seta’ iddebutta kontra Braga fil-UEFA Champions League iżda l-kowċ Ancelotti irrisponda dawn il-kritiċi meta qal li jixtieq idaħħal il-plejer ftit ftit.

Arda Guler kien jilgħab ma’ Fenerbache qabel ingħaqad ma’ Real Madrid fil-bidu ta’ dan l-istaġun.

Sport