Monday, May 13, 2024

Minn telf ta’ €4,000 f’kull titjira lejn profittabbilità u sostenibbilità

Aqra wkoll

“Ejja ma ninsewx dawn l-affarijiet. Ta’ faċċata tagħna jridu jagħtu impressjoni mod u huma mod ieħor. Dawn ma nbidlu qatt u mhuma se jinbidlu qatt. Għamlu minn kollox biex dawk li kienu jsejħulhom għasafar taċ-ċomb veru ma riduhomx itiru”. Iddikjara dan il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo waqt li l-Parlament kien qed jiddiskuti l-futur tal-Air Malta.

Bartolo kompla biex jinnota li l-istess Grech lanqas kien kapaċi jkompli jitkellem fuq suġġett li talab li jiġi diskuss hu stess u saħasitra ħalla l-Kamra ftit wara li bdiet id-diskussjoni.

Rigward il-linja nazzjonali tal-ajru ġdida, il-Ministru Bartolo qal li din toffri tranżizzjoni sostenibbli u profitabbli. Spjega li fl-1 ta’ Novembru ta’ din is-sena se jibdew jinħarġu rifużjonijiet lil persuni li jkollhom il-biljetti għal wara April tas-sena li ġej. Mill-1 ta’ Diċembru kull min irid jibbukkja biljett mill-aħħar ta’ Marzu lil hinn jista’ jagħmel dan fuq il-booking engine tal-kumpanija l-ġdida b’timeline li huwa maqbul fl-aqwa interessi tat-turiżmu. Il-Ministru Bartolo rringrazzja lill-Ministru Clyde Caruana u lit-tim tiegħu li qegħdin jaħdmu biex din it-tranżizzjoni ssir kemm jista’ jkun b’mod sottili.

“Kull ajruplan li kien qiegħed itir qabel kien qiegħed jitlef mal-€4,000 f’kull titjira … Ma tneħħietx xi rotta daqstant importanti. Tneħħew rotot li ma kinux qegħdin jagħmlu sens fil-pjan strateġiku ta’ pajjiżna, jew saħansitra rotot li kien hemm linji tal-ajru oħra li kienu qegħdin ikopruhom”, kompla biex jelabora l-Ministru.
L-isem se jkun Air Malta, u hawnhekk il-Ministru Bartolo qal għalkemm kien hemm esponenti tal-Partit Nazzjonalista ddieħku bih, dan il-fatt se jkun qiegħed isaħħaħ l-isem ta’ pajjiżna f’ajruporti internazzjonali oħra. Se tkun linja tal-ajru b’ajruplani aktar moderni u li jikkawżaw inqas tniġġiż.

“Għaxar snin ilu d-diskussjoni kienet fuq kif se nattiraw t-turisti lejn Malta, illum id-diskussjoni hija ta’ x’tip ta’ turist irridu lejn pajjiżna”, żied jgħid dan filwaqt li rrefera għal numri u riżultati anke fejn jidħol seat load factor li laħqu ammonti rekord fl-aħħar xhur.

Sport